il-gimgha mqaddsa

IR-REZUREZZJONI TAL-BNIEDEM

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IR-REZURREZZJONI TAL-BNIEDEM


Infatti Gesu Kristu miet biex b'mewtu jeqred il-mewt taghna.  Il-bniedem gie mahluq biex ma jmutx, izda minhabba d-dnub dahlet il-mewt fid-dinja;  u b'mewt Kristu, billi thassar id-dnub, il-kawza tal-mewt, ahna nistennew ir-rezurrezzzjoni ghall-hajja zgura u eterna.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Il-qawma mill-imwiet giet irrivelata wisq kmieni b'oggett ta' tama u ta' farag ghall-bnedmin.  


2. Din id-Domma hija msahha minn bosta rezzurezzjonijiet esposti fl-Iskrittura, fl-istejjer operati quddiem xhieda serji bhal ma hi dik ta' azzru u dik ta' Kristu. 


3. Fir-rezzurrezzjoni universali jkunu erba' taqsimiet: tnejn fil-lemin: ta' dawk li jiggudikaw u ta' dawk li fid-dinja qdew lil Kristu fl-opri tal-hniena; u tnejn fix-xellug : ta' dawk li emmnu u ma operawx il-haqq u ta' dawk li qatt ma emmnu. 


4. Gisem glorjuz irxuxtat ikollu l-kjarezza (jilma u jleqq|), l-agilita' (l-heffa), is-sottilezza ( ikun jista' jghaddi minn kullimkien) u l-impassibilita' (mehlus minn kull tbatija) u l-immortalita' ( mhux suggett aktar ghall-mewt). 


Proponiment


Nipproponu fuq l-ezempju tal-qaddis Gob li fin-niket taghna niftakru f'dan l-artikolu konsolanti tal-Fidi li rrivelah Alla kollu fedelta' u kollu virtu'.