il-gimgha mqaddsa

IR-RIKONOXXENZA

L-iktar gheziez -

Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh

L-iktar gheziez -

  Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:

IR-RIKONOXXENZA
 
Infatti Gesu Kristu, awl il-lejl qabel ma gie msallab, irringrazzja lil Alla Missier tieghu fil-mument stess li fih gie bhala Qassis skond l-ordni ta' Melkisedek jissagrifika lilu nnifsu taht l-ispeci tal- hobz u tal-imbid u dan l-istess sagrificcju ma jinfiridx minn dak tal-Kalvarju.: "Jiena temmejt il-hidma li inti tajtni biex naghmel," hekk qal Kristu wara l-ahhar Cena u qabel ma gie maqbud. (Gw xvii 4)
 
Taghlim fuq din il-Pagna
 
1. Ghandna ragun nirringrazzjaw lil Alla ghax Hu halaqna, fdiena u tana kull gid.

2. Hadd ma jirringrazzja lil Alla hlief b'osservanza fidila tal-ligi divina tieghu.

3. Bil-quddiesa nirringrazzjaw 'l Alla denjament permezz ta' Gesu' Kristu. 

4. L-ingratitudni fil-bniedem hija hekk kbira li l-annimal stess icanfru fuqha.  Il-barri jaghraf lil sidu u l-poplu ta' Alla ma jaghrafx lil Alla.
 
Proponiment

Nipproponu li b'qalb safja u b'xufftejn    rikonoxxenti nirringrazzjaw dejjem u kullimkien lil Alla taghna ghall-gid kollu.