il-gimgha mqaddsa

IS-SIEGHA TAL-MEWT FISSA

L-iktar gheziez -   

Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IS-SIEGHA TAL-MEWT FISSA.


Infatti Gesu Kristu li tassew jixbah lilna bnedmin barra mid-dnub , qal fuq is-salib: " Huwa mitmum" li tfisser ukoll "Ghalaq iz-zmien li jiena mmut".  Bosta drabi l-ghedewwa fittxew li jaqbduh u ma meddewx idejhom fuqu kif jghid l-Evangelju: " ghax kienet ghadha ma wasletx sieghtu."  Izda meta waslet hu stess qalilhom: Intom ma middejtux idejkom fuqi meta kuljum kont fit-tempju maghkom, izda din hi is-siegha taghkom."


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Gob qal: "Qosra huma l-granet tal-bnedmin: Int o Alla qghedt it-tmiem tieghu li ma istax jiskorri." (xiv 5)


2. Xejn, billi Alla huwa immutabbli, ma jista' jzomm il-mewt meta tasal is-siegha ffissata.


3. Veru li naqraw li Alla jtawwal u jqassar il-hajja, izda quddiemu dejjem iffissata, ghax quddiemu hemm il-verifika tal-kondizzjonijiet billi kollox gheri f'ghajnejh.


4. Bosta jitqarrqu billi f'sahhithom, jahsbu li boghod is-siegha, intant tkun fuqhom.


Proponiment


Nipproponu illi nghixu nistennew minn mument ghall-iehor il-mewt biex nitbezzghu mid-dnub; u wkoll bil-hsieb li donna ma se mmutu qatt biex nopraw il-gid bil-kuragg.