il-gimgha mqaddsa

IS-SILENZJU

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   

Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IS-SILENZJU 


Infatti Gesu' Kristu fuq il-krucifissjoni u l-mewt tieghu, minn Isaija Profeta gie imxebbah: lil naghga, "bhal naghga jkun mehud ghall-qatla" u lill-haruf " minghajr lehen quddiem dak li jgizzu, u ma jiftahx il-fomm tieghu". U San Pietru espona l-verifika ta' dawn it-tixbihat meta qal: " Li ma sehetx meta kien mishut, u ma heddidx meta kien ibati, izda qieghed lilu niffsu lil dak li ggudikah bla haqq."


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Is-silenzju intern meta wiehed ma jilqax hsibijiet inutli u vani; is-silenzju estern meta wiehed jindokra fommu fuq kliem zejjed. 


2.Gid mis-silenzju: Alla jitkellem mar-ruh, il-qalb tgawdi vera paci u r-ras vera serenita' u fid-djar tinzamm ilk-konkordja b'vera imhabba. 


3. Kristu fl-iskola tieghu qal: " Ikun kliemkom, iva, iva, le, le, ghax dak li hu izjed minn hekk hu mill-hazen" (Matt v 37)
4. In-natura thobb turi ruhha, izda l-grazzja thobb is-satra u s-silenzju.


Proponiment


Nipproponu li nhobbu b'mod specjali s-satra u s-silenzju fuq l-ezempju ta' Kristu li ghazel joqghod mohbi x'hin bl-omnipotenza f'idejh seta' jghaggeb id-dinja kollha.