il-gimgha mqaddsa

IT-TAMA MID-DEMM KRISTU

 L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IT-TAMA MINN DEMM KRISTU


Infatti Gesu Kristu, gie moghti lilna  Sacerdot u Vittma minn Alla: issa Dan x'inhu li jichdilna u ma taniex ukoll kollox mieghu?  Id-demm tal-figura hielsa mill-mewt:  xi nghidu mmela fuq il-virtu' tad-demm tar-realta? "Dan hu Demmi li jixxerred ghall-mahfra tad-dnubiet." Hekk qal espressament is-Sacerdot taghna skond l-ordni ta' Melkisedek.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Gesu' geghilna nitolbu lill-Missier tieghu fl=Isem tieghu: "Tassew nghidilkom, jekk tkunu tlabtu lill-Missier xi haga  fl-Isem tieghi hu jaghtikom." (Gw xvi 23)


2. Wiehed ghandu jittama f'daqqa l-genna u l-ghajnuniet ghaliha, u haga haga dak li Kristu ghallimna nitolbu haga haga fil-Missierna.


3. It-tama ghandha tkun bil-biza' tas-sahha u soda fuq il-gid li tistenna u l-mezzi mehtigin akkawza ta' kelmet Alla   tassew potenti u fidil.


4. Effetti tat-tama huma: ferh, konfort fin-niket u thejjija ghall-osservanza tal-Ligi ta' Alla u ghall-perfezzjoni.


Proponiment


Nipproponu,  b'harsa lejn il-Halliel ikkonverit, li bhala pellegrini, nerfghu ghal kollox hsibijietna fil-Patrija Celesti u nimxu fit-triq ta' l-orazzjoni mistrihin fuq Huna Gesu' u fuq Ommu u Ommna Marija Ssma.