il-gimgha mqaddsa

IT-TENEREZZA TAL-QALB TA' GESU'

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IT-TENEREZZA TA' QALB GESU


Infatti Gesu Kristu, mejjet fuq is-salib b'genbu miftuh b'lanza mnejn hareg id-demm u ilma huwa vittma volontarja - offra ruhu ghax ried Hu - biex b'hekk il-bniedem ma jaqax vittma tal-mewt eterna. It-tenerezza ta' qalbu gaghlitu jbati biex ma jhallix lilna nbatu ghal dejjem fil-fjammi tal-gustizzja


Taghlim fuq din il-Pagna


1. L-ghemejjel esterni huma xhieda tal-kwalita tal-qalb, jekk tajba jew hazina. 


2. Fiergha d-devozzjoni lejn il-Qalb ta' Gesu f'min ma jahfirx lill-ghedewwa u f'min jifhem li hu xi haga. 


3. Kristu jridna nistudjaw qalbu: "Itghallmu minni ghax jiena ghandi qalbi helwa u umli." 


4. Il-mirakli ta' Kristu huma wkoll sinjal ta' qalb verament tenera, li bkiet ma' min kien imbikki, u bihom ta' vera farag.


Proponiment


Nipproponu illi jkollna fi djarna x-xbiha tal-Qalb Santissima ta' Gesu, veru Sultan taghna, u naghtuha qima sabiex tistrieh fuqna l-barka tieghu skond id-disa' weghda tieghu lil Santa Margerita Marija Alacoque.