il-gimgha mqaddsa

IT-TGHAKKIS

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


IT-TGHAKKIS


Infatti Gesu Kristu, itturmentat fuq is-salib f'bahar ta' mewt, huwa l-vera qamha mghakksa bl-infedelta tal-Lhud biex hekk tohrog, f'kotra ta' frott fil-fidi tal-popli. Mis-salib iheggigna bl-ezempju ghall-passi tieghu sabiex bhalu noboghdu 'l hajjitna ghax hu assoggetta l-volonta tieghu u lahmu biex joghgbob lil Alla.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. It-tghakkis jikkonsisti filli wiehed imeri 'l qalbu biex joghgob lill-qalb t'Alla. 


2. Wiehed espert fuq il-fragilita umana qal: "Ahrab dejjem, ahrab malajr u ahrab fil-boghod meta titfacca l-okkazjoni prossima tad-dnub." 


3. L-ispirtu u l-laham huma kontra xulxin; min immela jikkultiva haga minnhom ikollu jghakkes l-ohra. 


4. Frott ta' t-tghakkis huwa vera qdusija f'paci soda. Frott tas-sudisfazzjon naturali infelicita u inkwiet.


Proponiment


Nipproponu, jekk irridu tassew inkunu ta' Kristu, illi ta' suldati bravi nitghakksu fil-volonta taghna, insallbu lahamna mal-vizzjijiet, ghax mhumiex ta' Kristu dawk li ma ghandhomx l-ispirtu ta' Kristu.