il-gimgha mqaddsa

KEMM TERRIBLI L-INFERN

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


KEMM TERRIBLI L-INFERN


Infatti  Gesu Kristu ghamel il-pass ta' l-akbar ghageb, li twieled, ghex u miet fuq is-salib biex jehles il-kreaturi tieghu mill-infern. Ekku kemm terribli l-infern! Alla jmut vittma biex il-bniedem islava mill-pwieni tieghu: "Haga li twerwer taqa' f'idejn Alla l-haj," hekk jikteb l-Appostlu San Pawl.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. L-Infern jezisti ghax fid-dinja jezisti d-dnub u ghax qalu Kristu li rxoxta. 

 
2. Fl-infern imur min imut imtebba' bi dnub mejjet.   


3. L-infern huwa terribli ghall-eternita tieghu fin-nirien u f'kull ma hu kontra qalb il-bniedem, u l-helsien minn dawn it-turmenti huwa b'kull mod impossibbli. 

 
4. Qalb perswaza fuq il-verita ta' l-infern tinkixef bl-opri taghha ta' qdusija.


Proponiment


Nipproponu illi f'kull ugigh, f'kull inkwiet, f'kull dieqa, f'kull tribulazzjoni u f'kull kuntrarju, ingibu quddiem ghajnejn il-menti taghna l-infern fl-eternita tieghu biex nitbezzghu mid-dnub.