il-gimgha mqaddsa

KOLLOX MINHABBA L-MAGHZULIN

 L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


KOLLOX MINHABBA IL-MAGHZULIN


Infatti Gesu Kristu, il-veru predestinat minn Alla, il-primogenitu fost bosta ahwa li huma xebh tieghu, spira fuq is-salib; b'hekk ta grja lil Alla, immerita l-fidwa lill-bnedmin u lilu nnifsu ezaltazzjoni.  L-ingustizzja ta' Pilatu, ix-xebh ta' Guda u l-ghira tal-Lhud effettwaw dina it-triplici kuruna.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Fid-dinja hawn nies predestinati ghall-glorja qabel kull mertu taghhom li nfallibilment isalvaw. 


2. Sinjali ta' predestinazzjoni: ghaqda mal-Papa, imhabba tal-proxxmu, devozzjoni lejn Marija SSma, smiegh tal-kelma t'Alla u tbatijiet. 


3. Kollox minhabba l-maghzulin: ereziji, skandli, persekuzzjoni, tbatija, guh, ecc huma veri kawzi ta' virtu' u ta' glorja. Fejn hi l-palma tal-martri minghajr il-hruxija tat-tiranni? 


4. Direzzjoni fuq il-predestinazzjoni:  Ahna liberi; dak li hu tajjeb naghmluh u dak li hu hazin naharbuh u nintelqu fil-Hniena t'Alla silenzjuzi fuq il-gudizzji nfiniti tieghu.


Proponiment


Nipproponu, illi nitolbu mahfra lil Alla li zgur jahfer lil min jitolbu mahfra vera b'rizoluzzjoni ferma, b'fidi ferma u li jkun qabel hafer lill-proxxmu.