il-gimgha mqaddsa

KOLLOX MITMUM (6)

 

Gesu' Kristu, l-Iben t'Alla,

Ried li dment li fostna jdum

Jaqdi r-rieda ta' Missieru,

Qqieha u qal: "Kollox mitmum"


Erbghin seklu dam mistenni

Hu li kellu jsalva l-gnus

Mit-telfien. sa fl0ahhar wasal,

Bih il-bniedem gie mehlus.


Twieled f'Betlehem, f'ghar tal-bhejjem,

Sofra l-faqar go dar ommu

Imbaghad beda' x-xoghol tal-fidwa

Bit-taghlim fejjied ta' fommu.


Sejjah mieghu tnax l-appostlu,

Beda jqajjem il-mejtin,

Dawl lill-ghomja smigh lit-torox,

Jaghti l-mahfra l- midimbin.


Mexa t-toroq tal-Gudea,

Bata' l-ghejja l-ghatx u l-guh

Ferah, beka, habb l-ghedewwa

Biex taghlimu jkun mismugh.


Kien tassew id-dawl tad-dinja

Izda d-dinja ma gharfitux,

Gie go daru Bniedem-Alla 

Xorta n0nies ma laqghatux.

 

Ma strihitx qabel qatlitu

Fuq l-Ghuda tas-Salib,

Il-quccata tal-mibgheda,

Wara hajja ta' tigrib.


B'danakollu Bin il-bniedem

Qabel minnha gie miftum

Temm ir-Rieda ta' Missieru

Issa qal: " Kollox mitmum."


Hemm fuq l-gholja tal-Kalvarju

Dhirt bhal xemx ta' kull virtu,

Xemx li ddawwal lil kull bniedem

O hanin mahbub Gesu'.


Qabel mitt ghallimtna tajjeb

Bis-sitt kelma li nissilt

X'nifhmu meta fil-Missierna

Nghidu " Jkun dak li trid int,"


Il-kliem tieghek fih il-hajja

Bhalma qallek darba Xmun,

Inti ghallimtna r-rieda taghna

Kif bhar-rieda t'Alla tkun.


Inweghduk li nibqghu dejjem

Naghmlu r-rieda mqaddsa tieghek,

Biha riega' ghal ghand Missierek, 

U biha ahna nigu mieghek.