il-gimgha mqaddsa

IL-KURCIFISS

IL-KURCIFISS TA' CHICLANA FI SPANJA

Fi zminijiet tar-Rumani, il-krucifissjoni kien kastig kapitali komuni riservat ghal iskjavi u kriminali l-aktar horox. Probabilment kienet esegwita b’mod differenti minn kif narawha fl-arti. Fuq il-post ta’ l-esekuzzjoni l-arblu wieqaf tas-salib kien i  kun diga’ imwahhal fl-art u hekk ikun jista’ jintuza’ ghal hafna drabi.


L-ikkundanat  kien misjuq lejn il-lok ta’ l-esekuzzjoni jgorr biss il-parti orizzontali li maghha idejh kienu jkunu marbuta biex jevitaw kull resistenza. Malli jaslu idejh jew il-polz kienu jigu msammra mat- trufijiet tal-parti orizzontali u mbaghad imtella mal-parti wieqfa, imwahhla fl-art. Il-parti orizzontali setghet tistrieh fuq il-quccata ta’ l-arblu wieqaf hekk li jifforma l-ittra T jew kien imqieghed ftit ‘l isfel hekk li kien jifforma s-salib familjari maghruf bhala crux immissa ( fejn il-parti minduda tghaddi u taqsam il-parti wieqfa. F’kull kwalunkwe kaz l-bicciet kienu jkunu marbuta u mizmuma minn xi forma ta’ hbula. Finalment is-saqajn kien jigu msallab mal-parti wieqfa.


Fi zmien meta il-kristjanezmu kien projbit mir-Rumani, il-krucifissjoni kienet rapprezentata simbolikament bil-haruf ta’ Kristu jzomm is-salib. Anke wara l-periodu ta’ Kostantinu meta l-insara kellhom il-permess li jipprattikaw ir-religjon minghajr ebda xkiel, is-salib kien prezentat minghajr il-figura ta’ Kristu.

Mal-medda taz-zmien, il-pitturi kienu juru lil Kristu fuq is-salib wahdu; dawn ix-xbihat kienu ghajnuna ta’ devozzjoni ghat-talb u mhux stampi tax-xena tal-mewta ta’ Kristu.


Pitturi ohrajn jirrakontaw l-istorja tal-krucifissjoni: huma mizghuda bin-nies. Artisti ta’ zmien ir-Rinaxximent kienu jghoxew ipittru l-figuri mill-evangelji u hekk saru haga permanenti fil-pittura: il-Vergni Marija Addolorata, San Gwann, l-Evangelista, ic –centurjun, is-suldat bl-isponza, is-suldati jilghabu x-xorti……..


Ghal sekli shah Kristu kien muri haj u b’ghajnejh miftuha, Salvatur triumfanti liebes kuruna rjali. Fil-11 il-seklu l-istil ta’ Gesu’ mislub tbiddel: kien muri b’rasu mitfuha fuq l-spalla u liebes kuruna tax-xewk.


Fl-arti sas-seklu 13 in-numru ta’ imsiemer kien erba (wiehed kull id, u iehor ghal kull rigel) imma wara din l-epoka Kristu kien muri mislub bi tliet ( wiehed kull id u wiehed ghaz-zewg riglejn).


Il-Vangelu ta’ San Gwann jghidilna li Pilatu kiteb il-kundanna ta’ Kristu bi tlett lingwi, Aramajk, Latin u Grieg filwaqt li l-pitturi tar-Rinaxximent juru l-kundanna bil-Latin biss jew fil-qosor INRI.


Skond l-uzana Rumana Kristu kien mislub minghajr hwejjeg izda l-Knisja ghar-ragunijiet ta’ onesta’ u qima lejn il-purita’ ta’ l-Iben ta’ Alla riedet li kull xbiha ta’ Kristu mislub ikollu terha madwar gembejh.


L-artisti jiddistingwu bejn il-hallelin imsallbin ma’ Kristu: lill- halliel li Kristu wieghdhu l-genna jlibbsuh espressjoni pacifika filwaqt li l-halliel xellerat li dagha bi Kristu juruh b’espressjoni ta’ dannazzjoni. L-ismijet tal-hallelin Disma (tajjeb) u Gestas (hazin) huma mehuda mill evangelju apokrafu ta’ San Nikodemu.


L-EVOLUZZJONI TAL-KURCIFISS

KRISTU MISLUB XOGHOL TA' RAFFAELE

Kull xena li titratta l-Krucifissjoni ta' Kristu tippresentah mislub f'posizzjoni unika. Barra li hu pprezentat bhala l-figura centrali, Kristu huwa mqieghed fuq is-salib b'mod differenti mill-hallelin. 


Pitturi bikrija juru lil Kristu mislub fuq is-salib filwaqt li l-hallelin jidhru marbuta mas-salib bi hbula, b'dirghajhom wara l-injama orizzontali. Imma dirghajn Kristu huma miftuha fuq is-salib bhallikieku jridu jilqghu l-fidili, filwaqt li l-hallelin jidhru mdendla realistikament u l-igsma taghhom jidhru mghawga. 


Hekk kif aktar figuri kienu mizjuda fix-xeni tal-Krucifissjoni matul iz-Zminijiet tan-Nofs, is-Salib ta’ Kristu fil-pitturi twal u twal u wasal qrib is-sema. 


Dan is-salib twil kellu tifsira teologika warajh. Kif jitkellem il-vangelu ta'  SanGwann: “Hekk kif Mose gholla s-serpent fid-dezert hekk ukoll jehtieg li jitgholla Bin il-Bniedem sabiex min jemmen fih ma jintilifx izda jkollu l-hajja ta' dejjem.”  Fil-pitturi fejn Kristu jidher imsallab fuq salib twil, il-figura issir izolata. Kultant dan l-ispazju vojt jintela' bl-angli u kerubini bhalma turi l-pittura ta' Raffaele.

Kristu Mislub flimkien mal-Vergni Marija, Qaddisin u Angli.


 Stil iehor jahtihulna Antonello da Messina fix-xoghol tieghu Kristu Mislub. (1475) Pittura fuq pannew zghira (42 cm bi 25.5 cm) turi lil Kristu mislub fuq salib gholi, b‟Marija fuq il-lemin u Gwanni fuq ix-xellug. Filwaqt li Kristu juri konnessjoni bejn is-sema u l-art, huma juru Kristu aktar 'l boghod. Pitturi ta' xbihat ta' Kristu msallab wahdu kienu forma popolari fis-16 il-seklu u baqghu hekk sal-lum. Dawn il-pitturi huma simili ghal Ecce Homo jew il-Bniedem tat-Tbatija, xbihat ta' Kristu wahdu waqt il-passjoni, xbihat devoti li kienu popolari matul il-15 u 16 il-seklu. 


 Filwaqt li xbihat ta' Kristu solitarji jinkoragixxu devozzjoni religjuza bejn il-bniedem u Alla, hafna mix-xoghlijiet moderni bhalma huma ta' Picasso u Ghagall, jesprimu tema sekulari tat-tbatija tal-bniedem u l-inumanita' mill-bniedem ghal bniedem. Wara l-grajjiet li sehhew fil-koncilju ta'  Trentu (1563) il-pittura tal- kurcifiss solitarju kellhom suq gmielu kemm ghall-knisja kif ukoll ghad-djar privati. Bis-sahha t'hekk is-suq infirex u mieghu infirex it-taghlim kattoliku. Pittura bi ftit figuri kienet aktar infittxija billi dawn setghu jigu prodotti aktar malajr u b'inqas flus milli b'hafna figuri, li allura, kienu jehtigu aktar zmien.


Madanakollu z-zminijiet tan-nofs u r-Rinaxximent gabu maghhom pitturi f'forma kumplessa, drammatika u estrema li kienet tinvolvi bosta figuri, u kienu joffru enfasi kbira fuq azzjoni narrativa flok li juru biss lil Kristu msallab.


IL-KRUCIFISSJONI  - TINTORETTO  

Ezempju tipiku huwa l-Krucifissjoni (1562) mahdum minn Jacopo Robusti (Tintoretto) li timla' l-hajt shih ta' li-Scuola Grande ta'  San Rocco gewwa Venezja. Peter Paul Rubens halla wkoll il-marka tieghu b'pitturi kbar bil-krucifissjoni t-tema taghhom, bhalma ma huma t-Twaqqif tas-Salib u l-Inzul mis-Salib – pitturi tassew impressjonanti.



IL-KRUCIFISSJONI TA' KRSITU PETER PAUL RUBENS 


INZUL TA' KRISTU MILL-KURCIFISS   



Fil-pitturi tal-kurcifiss solitarju, il-figuri tradizzjonali assocjati mal-krucifissjoni kienu eleminati: Marija u Giovanni l-appostlu, Marija Madalena, in-nisa l-ohra, is-suldati rumani u l-hallelin. Is-simboli tradizzjonali bhalma huma r-ras ta' skeletru u l-ghadam imsallab taht is-salib spiccaw wkoll biex wiehed jahseb aktar fuq dak li ghadda minn Gesu'. F‟dawn il-pitturi, il-kurcifiss jimla' l-ispazju tal-kwadru. L-isfond jimbidel minn sema blu ghal sema tempestuz, sa sfond iswed. 


Imbaghad l-immagini ta' Kristu tvarja minn pittur ghal pittur. Dan jiddependi jekk il-pittur kienx minn Spanja, mill-Italja jew mill-Ewropa ta' Fuq. Kif jinnota Gertrud Schiller dawn l-immagini ta' Kristu jinkludu l-mod varjabbli tal-posizzjoni ta' ras Kristu, fejn kienu qeghdin l-imsiemer u kemm, u t-tip ta'  salib ( hafna drabi sigar minflok injam illixat.)


Il-posizzjoni tar-ras normalment tindika mument partikulari tal-krucifissjoni u tirrifletti aspett partikulari tal-Passjoni. Ezempju tipiku ta'  dan li ghidna nsibuh f‟Mikelanglu. Filwaqt li l-pittura tieghu ta' Kristu mislub flimkien ma' zewg angli qalbhom imdejqa intilfet, id-disinn taghha baqa' jezisti ghand Vittoria Colonna, Markiza ta' Pescara (1492 – 1547). 


Dan hu wiehed mill-immagini relasitici ta'  Kristu haj fuq is-salib. Il-posizzjoni ta' Kristu qed tesprimi l-mument li fuqu jikteb Mattew “Alla tieghi, Alla tieghi, ghaliex abbandunajtni?” jew ta' San Luqa “Alla tieghi, f‟idejk jiena nafda ruhi.”  Jekk Kristu qed jitfa' harstu 'l isfel lejn ommu Marija juri l-mumenti meta Gesu' ta lil Marija b‟ommu lid-dixxiplu tieghu San Gwann.


Meta l-pittur pogga lil Kristu kurcifiss wahdu dan ghamlu biex jinkoragixxi devozzjoni iffukata biss fuq il-Feddej, bhalma jikteb San Injazju : Immagina lil Kristu msallab ma' salib quddiemek u inti tidhol f'kollokju mieghu:“ Kif inhu li inti ghalkemm Kreatur sirt bniedem bhalna? Kif inti ghaddejt minn hajja eterna ghall-mewt hawn fid-dinja u tmut ghal dnubieti b'dan il-mod?” Irrifletti u staqsi lilek innifsek : “ X'ghamilt jiena ghal Kristu? X'qed naghmel issa ghal Kristu? X'suppost naghmel jiena ghal Kristu?”  B'dan il-mod waqt li nhares lejh mislub fuq salib jiena ghandi nwiegeb dak li jigini f‟mohhi.