il-gimgha mqaddsa

L-GHOZZA TAL-LIGI TA' ALLA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Ifthu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


L-GHOZZA TAL-LIGI T'ALLA


Infatti Gesu Kristu biss bit-tixrid ta' demmu seta' jissodisfa l-inqas ksur tal-ligi divina - u "minghajr tixrid ta' demm ma ssirx mahfra", hekk jghallem San Pawl. Issa jista' ma jkunx prezzjuz dak l-oggett li ebda mezz, barra demm divin, ma jasal biex jifdih u jirriparah? Minghajr dubju infinitament prezzjuz.


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Ghal Alla hija hekk ghaziza l-Ligi tieghu daqskemm huwa stess hu ghaziz ghalih innifsu ghax hija l-volonta tieghu. 


2. Juri car bizzejjed kemm hija ghaziza l-Ligi divina l-mod kif Alla ikkomunikahielna, jigifieri permezz ta' Ibnu stess ukoll.

 
3. Il-qerda ta' l-opri sublimi ta' idejn Alla tippriedka serjament kemm Alla jhobb il-Ligi tieghu b'ghozza tassew kbira. 


4. Il-genna u l-infern fl-eternita taghhom jipperswadu bid-dawl tan-natura u tal-fidi x'jigifieri tosserva jew tikser il-Ligi t'Alla


Proponiment


Nipproponu, bl-idea vera f'rasna li missier iwiddeb l-iben biex jarah felici, illi nghozzu b'disprezz ukoll ta' hajjitna l-Ligi t'Alla, li hija kawza unika ta' vera hena f'din id-dinja u   fl-ohra.