il-gimgha mqaddsa

L-IMSIEMER IMQADDSA TA' KRISTU


Il-mistoqsija jekk Kristu kienx mislub bi tlieta jew erba’ imsiemer ilha ghal-zmien twil diskussa.


L-arti fuq l-Passjoni ta’ Kristu fi Zmienijiet tan-Nofs kienet izzomm it-tradizzjoni ta’ erba’ imsiemer u l-kitba ta’ xi whud mill-kittieba storici jhaddnu l-istess idea.

Fuq il-banda l-ohra, fit-tlettax-il seklu l-arti fil-Lvant bdiet tirrapresenta saqajn Kristu misluba wahda fuq l-ohra, minfuda b’musmar wiehed biss. Dan jaqbel mal-fehmiet ta’ Nonnus u Socrates u mal-poezija “Christus Patiens” attribwita lil San Girgor Nazjanzenu, li titkellem fuq tlett imsiemer. 


Kritika logika ricenti mhux biss turi  zewg rappresentazzjonijiet tal-Krucifissjoni - il-bieb skolpit ta’ Santa Sabina gewwa Ruma u l-panew ta’ l-avorju fil-Muzew Ingliz - li saqajn Kristu ma humiex minfuda b’musmar, imma Sant’ Ambrog (De obitu Theodosii f’P.L., XVI, 1402 ) flimkien ma’ kittieba ohra taz-zminijiet tal-bidu jsostnu li kien hemm biss zewg imsiemer. Sant’ Ambrog ikompli juri li Sant’Elena ttrasformat wiehed mill-imsiemer fi brillja ghaz-ziemel ta’ binha Kostantinu u li d-diadema imperjali nhadmet bil-musmar l-iehor.


Girgor ta’ Tours jitkellem minn musmar mitfuh jew possibilment imnizzel fil-bahar Adrijatiku biex jikkalma tempesta. Hija haga mpossibli li wiehed jiddiskuti dawn il-problemi, imma informazzjoni ottenuta mill-arkeologija fuq il-kastig tal-krucifissjoni kif kienu jesegwuha r-Rumani ma tmurx kontra t-tradizzjoni nisranija ta’ erba’ imsiemer.


Ma jistax wiehed jemmen l-awtenticita’ ta’ tletin jew izjed imsiemer qaddisa li kollha huma venerati f’diversi knejjes bhalma huma Santa Croce f’Ruma, jew dawk ta’ Venezja, Aachen, l-Escurial, Nuremberg, Praga etc. Probabbilment il-maggoranza taghhom kienu minsusa mal-musmar mahsbu li kien ta’ Kristu jew ghal anqas kellu xi frak tal-hadid tieghu mhallat mieghu.


B’intenzjoni retta, hija haga hafifa li imitazzjonijiet bhal dawn jigu kunsidrati bhala awtentici.      
(informazzjoni mehuda  
 mill-enciklopedija kattolica) 


  L-IMSIEMER IMQADDSA TA’ KRISTU. X’NAFU PRECIZAMENT FUQHOM?      

Nafu li l-krucifissjoni kien kastig disuman ivvintat mill-Persjani madwar 300 – 400 sena qabel Kristu. Kien l-aktar kastig ahrax u ta’ tbatija li jwassal ghall-mewt u li qatt gie mahsub, mir-ragel ghar-ragel. (in-nisa qatt ma kienu jigu msallba)

It-twemmin popolari hu li l-imsiemer li bihom kien mizmum Gesu’ mas-salib kienu msammar go idejh ghalhemm il-lum hemm minn jahseb li ma kienux gol- idejn izda mill-polz. L-Imsiemer ta’ Gesu’ probabilment kienu hadid kwadru bejn 7 u 9 pulzieri twal.


Mhux il-krucifissjonijiet kienu jsiru bl-istess mod; xi whud mill-vittmi kienu marbuta mas-salib filwaqt li ohrajn kienu msammra. Gesu’ kien imsammar mas-salib. Is-salvatur taghna garr is-salib – il-bicca minduda sa ma wasal fuq il-post ta’ l-esekuzzjoni. Gie mgieghel jimtedd ghal dahru b’idejh miftuha u l-esekuturi sammrulu idejh skond il-procedura tat-tislib mal-bicca minduda (patibulum). Kienu jghollu l-patibulum mal-bicca ‘l wieqfa biex jwahhluha. Imbaghad jghaddu ghal istadju l-iehor li jsammrulu saqajh.


U hekk il-vittma kien jghaddi minn duluri kbar . F’dik il-pozizzjoni kien jipprova jieqaf fuq saqajh biex jiehu ftit nifs ghaliex kien ihossu li qed jinqatalu, u ghalhekk kien jipprova iqum ftit fuq riglejh. Imma l-ugigh malajr kien igaghlu jintelaq; u jipprova jerga' iqum fuq saqajh izda joghtor u jibqa' sejjer hekk sakemm tkun tiflah il-ftit sahha li jkun fadlillu. Finalment l-vittma ma kienx  jista'  jiehu nifs u jmut saffokat.


Xi prezz hallas Gesu’ ghal dnubietna