il-gimgha mqaddsa

L-IMWIEGHED MESSIJA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,  u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.  

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh  

L-iktar gheziez -  
Itfghu  ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:  

L-IMWIEGHED MESSIJA F'DAN GESU  

Infatti Gesu Kristu, bejn zewg hallelin, imsallab bl-imsiemer f'idejh u f'saqajh, miftuh fil-kustat, misqi bil-hall, libstu milghuba bix-xorti, mgholli mill-art bhas-serpent tal-bronz li kien figura tal-Messija, michud mill-poplu tieghu l-Lhud, ikkundannat ghall-mewt b'disprezz, huwa mera vera u reali tal-profeziji li kellhom imissu l-Messija.  

Taghlim fuq din il-Pagna  

1. Jekk dan Gesu mhux il-Messija ma jistax ikun iehor billi t-Tempju ta' Gerusalem, li fih kellu jidhol ir-Re tal-Paci, skont il-Profet Haggaj, huwa meqrud.   


2. Gesu huwa l-veru Messija ghax fih gew ivverifikati l-profeziji, specjalment fuq ir-rezurrezzjoni tieghu.   


3. Il-profezija ta' Gakobb tghid car li l-Messija gie ghax il-migja tieghu kellha tkun mat-tnehhija tax-xetru ta' Guda.   


4. Min irid jara min hu Gesu Kristu jhares fuq l-opra tieghu l-Knisja - monument haj td-divinita tieghu - rigward it-tixrid, il-konservazzjoni u l-frott mill-qaddisin taghha.  

Proponiment  

Nipproponu illi ma rridux nilqghu fi qlubna u fi djarna hlief lil Kristu Gesu li Alla baghtilna Salvatur u ssigillah bil-mirakli u bil-profeziji.