il-gimgha mqaddsa

L-UBBIDJENZA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu,   u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


L-UBBIDJENZA 


Infatti Gesu Kristu, il-Haruf bla tebgha, mejjel ghonqu fuq is-salib biex ikun svinat bis-sikkina ta' l-ubbidjenza, kif jghallem San Pawl: "Kristu sar ghalina ubbidjenti sal-mewt, u mewt tas-salib." Fuq is-salib Hu wkoll stqarr fuq l-ubbidjena tieghu meta qal: "Huwa mitmum"; anzi qabel Hu stess wera ghatx li jobdi meta qal lil San Pietru: "Il-kalci li tani l-Missier ma nixorbux jiena?"


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Minghajr ubbidjenza ma tista' tieqaf ebda socjeta tant spiritwali kemm civili, izda biss tahwid u dizordni infernali. 


2. Mottivi ghall-ubbidjenza; Mhemmx setgha hlief minn Alla; l-ezempju ta' Kristu; id-dhul fis-saltna t'Alla; u paci b'kant tal-vittorja. 


3. L-ubbidjenza tikxef il-qawwa tal-virtu u hija sinjal sod tal-vokazzjoni ghax Alla jaghti l-mezzi meta jaghzel lil xi hadd ghal xi fini. 


4. Bniedem ta' ubbidjenza perfetta jtemm bil-prontezza, bis-semplicita u bil-ferha l-precetti tas-superjuri tieghu.


Proponiment


Nipproponu, fuq l-imitazzjoni ta' Kristu, illi nghidu: "Ahna ma gejniex biex naghmlu l-volonta taghna izda l-volonta ta' Dak li halaqna biex naslu fir-renju tal-vera paci."