il-gimgha mqaddsa

L-UMANITA' TA' KRISTU

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.  

v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh 

L-iktar gheziez -  
Itfghu   ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:  

L-UMANITA' TIEGHU VERA  

u fuq is-Salib tkellem u miet: min ghandu gisem veru u jitkellem dan hu bniedem veru. Tkellem diversi drabi f'waqtu, f'loku u ragonevolment; sofra l-ghatx u wara ghajta miet. Il-fetha tal-kustat tieghu mejjet tixhed gisem reali: "tlieta huma li jaghtu xhud fuq din l-art: l-Ispirtu, l-ilma u d-demm." (1 Gw v,8)  

Taghlim fuq din il-Pagna  

1. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax ragun ma kienx ikollu li jissejjah Bin il-Bniedem kieku ma kellux origini minn bniedem.   


2. Kieku Gesu Kristu ma kellux gisem veru u reali bhal taghna, it-tbatija u l-mewt tieghu kienu jkunu kelma inutli, vojta u minghajr ebda effett.   


3. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax wara li qam mill-mewt qal: "Araw idejja u riglejja li jiena jien; missu u araw, ghax l-ispirtu m'ghandux laham u ghadam bhalma intom taraw li jien ghandi." (Lq 24:39)   


4. Gesu Kristu huwa bniedem veru ghax San Gwann iddefenda din id-domma u l-Knisja tghallem li hu perfett Alla, perfett bniedem li jezisti minn ruh li tirraguna u minn gisem ta' bniedem.  

Proponiment  

Nipproponu illi nifirhu dejjem fuq ix-xorti taghna li f'sens veru u reali nghidu li Alla huwa wiehed mill-ahwa taghna.