il-gimgha mqaddsa

L-UMILTA' TA' KRISTU

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.
 
v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh
 
L-iktar gheziez -  
Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:
 
L-UMILTA'
 
Infatti Gesu Kristu, ir-Re tal-Glorja, wassal Lilu nnifsu fix-xejn billi ndahal bhala seftur biex imut ghall-fidwa tal-bnedmin: ir-re jmur biex jehles is-seftur, ibaxxi rasu ghall-volonta ta' Missieru u ghall-ugighat tal-bnedmin; il-gebla li kienet mormija mill-bennejja
 
Taghlim fuq din il-Pagna
 
1. Umli min hu perswaz li kollox hu bil-qawwa t'Alla u ghalhekk lil Alla biss unur u glorja.  

2. Tifel zghir huwa mqieghed mis-Sapjenza Divina b'mudell ghall-istudju fuq l-umilta: dan ma jiehu qatt ghalih billi ma jifhimx li hu xi haga.  

3. Il-hsieb tal-mewt, il-hmerijiet u d-dnubiet tal-bniedem, l-incertezza fuq kollox u l-ezempji ta' Kristu jnisslu b'certa forza spirtu umli.  

4. L-umli huwa maghgub quddiem Alla, ezaltat minnu u maghzul biex ikun strument ghall-unur ta' l-isem divin; l-umli huwa gharef u jghum fil-paci.
 
Proponiment
 
Nipproponu illi spiss niftakru fix-xejn taghna billi nistqarru li ahna tassew foqra fir-ruh u fil-gisem jekk Alla ma jsostniniex f'kollox.