il-gimgha mqaddsa

MARA HEKK HU IBNEK, GIOVANNI HEKK HU OMMOK (3)

L-Iben t'Alla Bin Marija

mill- gdid rega' bexxaq fommu

biex jaghtiha mhabbet qalbu,

tana b'ommna, l-istess Ommu.


L-Omm li f'hajtu qasmet mieghu.

L-hemm, il-ferh u kull tigrib,

li wasslitu sal-Kalvarju,

qaghdet hdejh taht is-Salib.


Mal-mahbub dixxiplu Gwanni,

Ma tiflahx tarah batut!

Ma twarrabx l-imhabba zzommha,

Trid tibqa' hemm tarah imut.


Kif lemahha Gesu' Binha

-Ghad li qieghed fl-agunija-

Ma' gemb Gwanni l-mahbub tieghu, 

Mis-Salib qal lil Marija:


"Ekku, Mara dan hu Ibnek"

U l-gnus kollha baqghu jzommu

Lil Marija bhalma Gwanni

baqa' jzommu dejjem b'ommu.


L-Iben t'Alla li fil-bidu

Bih u ghalih sar il-holqien

Tana l-aqwa xoghol ta' drieghu:

L-ommu stess halli flimkien


.


nghixu maghha bhala wliedha

Bla ma hares lejn dnubietna.

X'xorti mbierka, x'xorti mqaddsa

F'dan il-waqt mis-Salib gietna


Imbaghad rega' qal lil Gwanni:

"Ekku. Din hija l-Omm tieghek"

O kbir Alla, liema mhabba

Fil-holqien thabbatha   mieghek ?


Tajtna b'Ommna 'l Dik li darba

kienet trddghek bil-halib;

Tajtna l-Omm li tatek Demmek

li carcart fuq is-Salib!


Tajtna l-Ghaxqa tal-qalb t'Alla,

Tajtna l-Gawhra tal-Qalb tieghek,

Tajtna Mhabbet Rug il-Qodos:

Haga wahda ghamiltna mieghek.


Saret Ommna l-istess Ommok!

Bil-kelmiet sbieh li lissint

Mis-salib wellidtna mieghek,

O Gesu' kemm iccekkint!


Nissel f'qalbna gmiel is-safa

Ta qalb Gwanni u qalb Marija,

B'dil-virtu' insiru wlied xierqa

Ta' Min tnissel minghajr htija.