il-gimgha mqaddsa

PERSUNA WAHDA FI KRISTU U DINA DIVINA

 PERSUNA WAHDA FI KRISTU U DINA DIVINA

L-iktar gheziez -  
Noqghodu fuq il-Kalvarju quddiem Kristu Gesu Msallab hdejn Marija Santissma Ommu, u niehdu minnu taghlim tal-hajja eterna.


v. Kristu Sultan Imsallab  
r. Ejjew Nadurawh


L-iktar gheziez -   


Itfghu ghajnejkom fuq l-Imghallem Divin taghkom u aqraw:


PERSUNA WAHDA FI KRISTU U DIN DIVINA


Infatti Gesu Kristu msallab ma jistax ikun hlief suggett wiehed f'zewg naturi uniti u distinti: divina mill-fini; gie biex ihallas 'l Alla ghall-fidwa tad-dinja - umana mill-mezz; gie biex ixerred demmu ghall-istess fidwa. Dan il-mezz ma jasalx ghall-effett tal-fini f'persuna umana billi finita hija kull azzjoni taghha: kien jehtieg li jappartieni lil persuna divina. "Mhux tnejn izda wiehed huwa Kristu" (Simbolu Atanasjan).


Taghlim fuq din il-Pagna


1. Kull natura fi Kristu zammet l-attributi taghha - Alla perfett u bniedem perfett. 


2. Kristu huwa l-Iben naturali t'Alla; Marija Ssma hija vera Omm naturali ta' Alla; u kull parti ta' Kristu ghandha tkun adorata f'sens propju: kollox minhabba li l-Persuna hija wahda u divina. 


3. F'kull azzjoni ta' Kristu hemm mertu infinit: ghax in-natura umana tappartieni lill-Persuna divina. 


4. Kristu, barra mid-dnub, ha fuqu nnifsu ghax ried Hu, difetti fir-ruh u fil-gisem.


Proponiment


Nipproponu illi nirringrazzjaw lil Kristu Gesu b'vera rikonoxxenza ghall-imhabba li gibilna, ghax hu stess, li hu realment ugwali ma' Alla, wassal ruhu fix-xejn billi sar bniedem bhalna anzi seftur taghna, kif jghallem San Pawl.