il-gimgha mqaddsa

DAHLA

Waqt li kont qed inqalleb il-kotba, gie f'idejja ktejjeb b'seba' poeziji miktuba mis-Sacerdot poeta kappuccin, Patri Mattew Sultana, li kiteb fis-sena 1975. (Daqs erbghin sena ilu). Meta qrajthom sibt li kienu tassew poeziji sbieh, mhux biss kif inhuma miktuba izda wkoll minhabba li joffru sentimenti mill-aktar qawwija fuq il-Passjoni ta' Kristu.


Huma poeziji miktuba kollha bi tnax-il strofa. Rajt li kien ikun tassew hasra li kieku dan il-ktieb ergajt tfajtu fil-kexxun u ma qsamtux maghkom. Nistedinkom li taqrawhom u tghadduhom lil hbiebkom biex huma ukoll iduqu s-sbuhija u r-rikkezza taghhom. 

Kien il-Gimgha. L-iben t’Alla

Qabel dendel rasu u miet,

B’fommu dmija ccarcar lissen

Bl-ahhar nifs, seba’ kelmiet.


O Missier talab bil-hrara

Thallashomx ghal frott ghemilhom

Ma fehmux id-dnub. Ahfrilhom

Kif Jien, Ibnek, ga hfirt lilhom.


Int li bghattni f’din id-dinja

Bhala fidwa tal-bnedmin,

Hares lejja u isma’ talbi

Mis-salib b’hajti qed tnin.


Ara ‘l Ibnek il-Wahdieni

Kollu mbengel griehi u dmija,

B’nisga xewk mghaddsa go rasu

U mislub fl-ehrex tbatija.


Missier f’gieh dawn il-griehi,

F’gieh is-swat li qlajt ghalihom,

F’gieh l-imrar li xrobt: il-Kalci,

Sawwab fuqhom, il-mahfra aghtihom.


Hu l-imrar u l-qtar ta’ Demmi

Bih naddafhom minn kull htija

Halli jiksbu Fidwa shiha,

Fidwa frott l-eqqel kefrija.

Hrigt Minn ghandek, gejt fid-dinja

Fejn bla htija gejt mislub, 

Tani l-mewt min tajtu l-hajja;

Imm’ Int ahfer, insa’ id-dnub.


Naf, Missier kemm iggib qalbhom,

Nies bla gieh, horox u qliel,

Nissel sobgha f’qalbhom; ahfer,

Kif ser tahfer lill-halliel.


O Gesu’, Huggiega Mhabba,

Qalbek forn fejn id-dnubiet,

Ma jinhmewx bhall-hobz u jikbru,

Fik isiru frak u irmied.


Int li hfirt li Xmun bin Gona

U li hfirt lill-Maddalena

Mis-salib aghtina l-mahfra,

Biex ta’ dejjem niksbu l-hena.


Ixhet harsa ta’ moghdrija,

Mis-smewwiet fejn fil-lemin

Tal-missier tinsab u ahfrilna

Ghaliex b’Demmek mifdijin.


Henn ghalina, henn ghalina

Kif hennejt ghan-nies Gudej,

Fik il-mahfra, fik il-hniena,

O Gesu’...Kristu Feddej.