il-gimgha mqaddsa

PURCISSJONIJIET TAL-GIMGHA MQADDSA MADWAR ID-DINJA

Kull purcissjoni religjuza hija att ta' fidi u sinjal tal-mixja taghna lejn is-sema pajjizna. Kull nisrani ghandu jhares lejn il-purcissjoni. b'mod specjali lejn dik tal-Gimgha Mqaddsa, mhux bhala spektaklu, izda bhala attivita' li ghandha issahhalu l-fidi tieghu. Jiena ma nhiex bi hsiebni nikteb fuq il-purcissjonijiet ta' pajjizna ghaliex dan ikun sforz ripetut, billi taghrif bhal dan wiehed jista' jsibu fuq siti tal-fratellanzi u tal-parrocci li jorganizzaw dawn il-purcissjonijiet u ohrajn privati.

It-taghrif li irrid nghaddi lill-qarrejja huwa fuq purcissjonijiet tal-Gimgha Mqaddsa li jsiru 'l boghod minn xtutna billi dawn ghadhom karateristici differenti minn taghna, ghalkemm l-ghan huwa wiehed, biex juru li s-salvazzjoni waslet lill-bniedem billi Gesu' sofra u sofra sal-mewt tas-salib.


Tajjeb ukoll li wiehed isir jaf bil-kulturi ta' pajjizi ohra fid-dinja kattolika biex jinfetah ghall-kulturi ohra religjuzi, kemm jahdmu u jistinkaw biex jipprezentaw il-fidwa ta' Kristu bil-mod qawwi taghhom bhalma naghmlu ahna bil-kultura taghna. Xi aspetti tal-kultura taghhom jaqblu ma' dawk taghna bhal meta naraw li l-attivita' tal-Gimgha Mqaddsa tiftah bit-tifkira ta' l-Addolorata fil-jum tal-Gimgha qabel Hadd il-Palm. Izda jvarjaw meta nigu ghal attivita' tal-purcissjoni. Filwaqt li ahna norganizzaw il-purcissjoni taghna fil-Jum tal-Gimgha l-Kbira b'sett ta' hames misterji tat-tbatija u forsi xi zewg vari ohra, dawk fil-parrocci ta' Spanja johorgu xi erba' jew hames purcissjonijiet kuljum minn Hadd il-Palm 'l quddiem. Il-fratellanzi ta' dawn il-purcissjonijiet jkollhom biss statwa wahda li turi mument mit-tbatija ta' Kristu u l-Addolorata imqieghda taht baldakkin. F'post gewwa l-Italja, Valenzano, madwar 40 vara jiehdu sehem fil-purcissjoni. Dawn huma propjeta' privata tal-familji li jghixu hemm u wara l-manifestazzjoni jerfghuhom fid-djar taghhom. Fl-Amerka t'Isfel il-purcissjoni tghaddi minn fuq twapet aromatici msejha alfombras .


Dawn il-manifestazzjonijiet huma rizultat tal-hidma bla waqfien tal-fratellanzi. Xejn ma jaqtghalhom qalbhom u jnikkithom hlief haga wahda. Ix-xita - li thassrilhom dak kollu li jkun ippreparaw matul is-sena. Tassew hasra, imma haga li ma ghandhomx kontroll fuqha.

CALTANISETTA, Sqallija
(1) (2) (3)
TOLEDO Spanja e Book format  ANTIGWA GWATEMALA - GWATEMALA (1)
 VELENZANO komun go Bari
(1) (2) (3) (4)
MALAGA Spanja (1) e Book format
 NOCI komun go Bari (1)LINARES e Book format
 ENNA, Sqallija. (1)ZAFRA  e Book format
 ISCHIA, qrib Napli (1) MEDINA DE RIOSECO e Book format
 SESSAAURUNCA belt fil-Campania(1)DAIMIEL e Book format
SORRENTO, kommun fil-Campania(1)HELLIN e Book format
 MOLFETTA kommun fil-provincja ta' Bari (1) SORIA e Book format
 CONVERSANO komun f'Bari fil-Puglia (1)PALENCIA e Book format

INZUL TA' KRISTU MIS-SALIB F'PALENCIA ( pps)
 DELIA Sqallija (1)CALAHORRA e Book format
LICATA Sqallija (1)VALLADOLID e Book format
 PROCIDA, komun f'Napli (1) SALAMANKA e Book format
 BELVEDERE MARITTIMO, komun f'Cosenza, fil-Kalabrija (1)CUENTA (PPS)
 RUVO DI PUGLIA, komun f'Bari fil-Puglia (1) BARBASTRO e Book format
CUGLIERI - Sardenja (1) ASPE e Book format
CHIETI - Abruzzo (1) CADIZ (1) (2) (3) eBook format
 CANOSA (1)  AVILA eBook format
GALLIPOLI (1)CREVILLENT eBook Format
 BIANCAVILLA komun gewwa Catania (1)MORILES  eBook Format

  TOBARRA  eBook Format
 CASARANO provincja gewwa Lecce(1)  ORIHUELA eBOOK FORMAT
 CAMPOBASSO  CARMONA (PPS)