il-gimgha mqaddsa

QUDDIEM IL-VARI TAT-TBATIJA

IL-VARA TA' KRISTU FIL-GNIEN TAL- GETSEMANI


L-ahhar ikla ma’ l-Appostli
Il-Hamis qabel ma miet
Ghamel Kristu u b'ikel taghna
Gismu u Demmu jaghti ried.


Wara c-cena, meta dalam
Sabiex jitlob mar fil-gnien,
Mill-appostli kemmxejn tbieghed
Deher imnikket u hosbien.


Qalb is-sigar fl-art intefa'
Lill-Missier talab bil-hegga
Bid-dnubiet ta' gens il-bniedem
Kellu qalbu wisq imweggha.


Dell il-mewt ra riesaq fuqu  
Hassu mbezza' u fl-akbar hemm
Tal-imrar accetta l-kalci
Gharaq gismu qtar id-demm.

  

IL-VARA TA' KRISTU MARBUT MAL-KOLONNA


Ghand Pilatu, kaxkru lil Kristu
B'kemm il-haga bdew jixluh
Il-mexxejja tal-lhud kiefra
Xewqanin li l-mewt jaghtuh.


Meta sema' ix-xiehda ntebah
Li tal-mewt ma kellux htija
Izda qabbad lis-suldati  
Isawtuh bl-akbar hruxija.


Is-suldati 'l Kristu nezzghu
Mal-kolonna idejh rabtulu
Tawh bil-vireg u bil-hbula
Gismu kollu girehi ghamlulu.


Bhal haruf mehud ghall-qatla
Fis-skiet Kristu l-ugiegh garrab
Tad-daqqiet u swat bla razan
Il-kolonna b'demmu xarrab.

  

KRISTU MGHOBBI BIS-SALIB

 

Idejh hasel u qalilhom
L-ebda htija ma nsib fih
Ried Pilatu 'l Kristu jehles
Izda l-lhud hebbew ghalih.


"Sallbu, Sallbu," b'lehen wiehed
Imxewxin talbuh il-lhud
Hekk Pilatu ta sentenza  
illi msallab kellu jmut.


Mghasses sewwa mis-suldati
Bl-ghuda tqila tas-salib
Gesu' mghobbi, tal-Kalvarju
Mexa' it-triq, b'ommu fil-qrib.


Fiha waqa' kemm-il darba
Ghenu Xmuni c-Cirinew
Is-suldati bla moghdrija
Bis-swat taghhom lilu fnew.

  

KRISTU MEJJET FUQ SALIB


Fuq il-gholja tal-Kalvarju
Sammru 'l Kristu mas-salib
Hdejh bil-wieqfa kien hemm Ommu
Gwanni wkoll l-ikbar habib.


Ghal min haqru talab mahfra
Lill-halliel il-Genna wieghdu
Ghaliex nidem minn htijietu
Wera Kristu b'dan setghetu.


Mejjel rasu u harget ruhu
Kristu msallab miet ghall-bniedem
Waqghet dalma, is-sisien trieghdu
Mahfra kiseb min kien niedem,


Suldat minnhom, li kien ghassa
B'lanza 'l Kristu nifed f'qalbu
Qattru minnha Demm u Ilma,
Emmnu hafna f'Dak li sallbu.