il-gimgha mqaddsa

IS-SANTWARJU TAS-SANTU SEPULKRU

IS-SANTWARJU BAZILKA TAS-SEPULKRU MQADDES


IKKLIKJA FUQ IT-TITLU BIEX TAGHMEL ZJARA VIRTWALI LIS-SANTWARJU

IS-SANTWARJU BAZILKA TAS-SANTU SEPULKRU GEWWA GERUSALEM.


ID-DAHLA GHAS-SANTWARJU

Biex wiehed jasal ghas-Santwarju tas-Santu Sepulkru ( il-Qabar ta’ Kristu) jehtieglu jghaddi mit-toroq dojoq tas-Suq fil-parti l-Qadima ta’ Gerusalem, mimlija bejjiegha tas- souvinirs religjuzi u fwejjah tal-hwawar.


Il-pellegrin isib ruhu fi pjazza zghira mdawra bil-bini u quddiemu jilmah is-santwarju bil-faccata tieghu li ghandha zewg bibien ta’ dhul, imma huwa biss tax-xellug dak il-miftuh.. Il-bieb tal-lemin huwa mbarrat bil-gebel. Dawn iz-zewg bibien ta’ zmien il-Krucjati, huma msebbha b’lunetti dekorati. Meta temmew il-bini tal-faccata, il-kavallieri ghaqqduha ma’ kampnar imma llum dan hu nieqes billi kien waqa’ fis-sena 1545.


Fuq il-lemin, tarag miftuh jiehu lill-vizitatur ghall-bini b’koppla zghira li kienet isservi bhala dhul ghall-Kalvarju. Aktar tard giet trasformata f’kappella amministrata mill-Latini u dedikata lid-Duluri tal-Vergni Mbierka.


Fid-dahla taz-zuntier (pjazza) wiehed jista’ jara l-bazi tal-kolonni li kienu jzommu l-arkata tal-Krucjata. Dawn gew imnehhija u mibghuta bhala rigal lil Mecca fis-sena 1244.
Fuq in-naha tal-Lvant u l-Punent hemm id-dhul ghall-kappelli tal-Griegi Ortodossi, l-Armeni u l-Etiopji. Il-monsateru Grieg jinsab fuq in-naha tal-Lvant.


L-uniku access ghas-Santwarju huwa bieb li huwa taht il-kustodja ta’ zewg familji Musulmani, Judeh u Nuseibeh. Dan l-inkarigu ilu gej sa minn zmien Saladin u l-generazzjonijiet taghhom baqghu jharsu dan id-dover. Ta’ kull filghodu u filghaxija huma jifthu u jaghlqu l-bieb tas-Santwarju.


 Hekk kif wiehed jidhol fis-santwarju hemm bank li kien jintuza’ minn dawn il-bewieba musulmani. Illum dan huwa uzat kemm mill-pellegrini kif ukoll mill-kleru tal-kommunitajiet religjuzi li jservu fis-santwarju.