il-gimgha mqaddsa

Li- "SCALA SANTA" JEW IT-TARAG IMQADDES

SCALA SANTA

Li-"Scala Santa" jew it-Tarag Imqaddes, fit-tradizzjoni nisranija huwa dak it-tarag li Kristu tela' biex jasal fis-sala fejn kellu jsir l-interrogatorju minn Pilatu qabel ma l-hakem ruman baghtu ghall-mewt tas-salib. 


Skond kif jinghad li dan it-tarag gie trasportat minn Gerusalemm ghar-Ruma minn Flavia Giulia Elena, omm l-imperatur Kostantinu I fis-sena 326. Fis-sena 1589 matul il-pontifikat ta' Papa Sistu V, dan it-tarag ingarr mill-Palazz tal-Lateran fejn kien jinsab ghall-post imsejjah Sancta Sanctorum, il-Qaddis tal-Qaddisin, fi pjazza San Giovanni Lateran.


 L-istess Papa Sisitu V sebbah il-gnub ta' dan it-tarag b'affreski bit-tema tat-tbatijiet ta' Kristu. Kull min jitla dan it-tarag ma jistax jitilghu b'saqajh izda gharkubtejh b'sinjal ta' qima u devozzjoni. Aktar tard il-Papa Innocent VIII ordna li dan it-tarag ikun kopert bi twavel ta' gews biex tithares aktar din ir-relikwija li tfakkarna fil-passjoni ta' Gesu'.  

In-numru ta' turgien hu 28 u kull min jitilghu gharkubtejh ghandu jahseb fuq it-tbatijiet ta' Kristu, is-Salvatur tal-bnedmin. Kull min jaghmel hekk jakkwista indulgenza plenarja. Meta wiehed jasal fil-quccata tat-tarag, jara kamra imsejha il-Qaddis tal-Qaddisin. Fiha jinsabu fost relikwiji u fdalijiet gejjin mill-Art Imqaddsa.