il-gimgha mqaddsa

IT-TIFSIRA TAS-SALIB IMQADDES TA' GERUSALEMM

Is-Salib Imqaddes ta’ Gerusalemm jifforma parti mill-insinja jew emblema ta’ l-Ordni tal-Patrijiet Frangiskani li huma responabbli mill- kura tal-postijiet sagri fl-Art Imqaddsa. Dan is-Salib ta’ Gerusalemm sab postu wkoll f’hafna mill-fratellanzi tal-Gimgha Mqaddsa, l-aktar dawk spanjoli maghrufa bhala tan-Nazzarenu. Wahda minnhom hija l-fratellanza tan-Nazzarenu gewwa Cadiz.


Is-Salib ta’ Gerusalemm huwa rikk fit-tifsiriet u simbolizmu u ssib hafna jirreferu ghalih b’ismijiet differenti, inkluz dak maghruf bhala s-Salib tal-Krucjati.


 Oriġini tas-Salib Imqaddes f'Ġerusalemm
 
Il-Salib Imqaddes ta’ Ġerusalemm, huwa kompost minn Salib Grieg centrali mdawwar minn erba’ slaleb ohra ta’ l-istess tip imma ta’ daqs izghar.


L-oriġini ta’ dan Salib tmur lura għal żminijiet medjevali meta Goffredu de Bouillon, protettur tas-Santu Sepulkru, beda' jużah bħala emblema ta' l-Ordni tal-Kavallieri tas-Santu Sepulkru ta' Ġerusalemm.


 Tifsira tas-Salib


Is-salib il-kbir jirraprezenta il-kmand ta’ Kristu lil Appostli li jmorru mad-dinja kollha jxandru l-bxara t-tajba, missjoni li bdiet minn Gerusalemm. L-erba’ slaleb jfissru l-erba’ evangelisti, Mattew, Mark, Luqa u Giovanni bi Kristu c-centru tal-Kristjanita’ (is-Salib tan-Nofs) li t-taghim miktub taghhom kellu inxtered ma’ l-erba’ irjihat tad-dinja.


Tifsira ohra hija li l-hamest islaleb jirraprezentaw il-hames pjagi ta’ Gesu’ (is-slaleb iz-zghar ghall-pjagi ta’ l-idejn u s-saqajn u s-salib centrali ghal-pjaga tal-kustat ta’ Kristu minfud bil-lanza.) Ma jonqosx li xi uhud ifissru il-hames slaleb bhala l-hames pjagi ta’ Kristu li bihom giet mifdija id-dinja.


Is-Salib ta’ Gerusalemm bosta drabi huwa msejjah is-Salib tal-Krucjati ghaliex kien moghti lill-Krucjati minn Urbanu II fiz-zminijiet tan-nofs.


Kienu numru ta’ arkeologi Amerikani li sabu s-Salib ta’ Gerusalemm mohbi fil-qabar ta’ l-ewwel re nisrani ta’ Gerusalemm.  L-iskulari sabu li s-salib kbir centrali jirraprezenta il-qawwa tal-Kristjanezmu.  L-erba’ slaleb zghar tal-madwar jirraprezentaw l-erba’ irkejjen tad-dinja. Il-kulur ahmar li jdur mas-slaleb ifisser is-sagrificcju ta’ Gesu’.