il-gimgha mqaddsa

TALBA FUQ IL-PASSI TAL-PASSJONI TA' KRISTU




Ghaziz Gesu', kollha dieqa waqt l-agunija fil-gnien tal-Getsemani, imxarrab bil-gharaq tad-demm waqt li kont qed titlob,

 ikollok hniena minna O Mulej.  

Ghaziz Gesu', moghti f'idejn il-hziena permezz ta bewsa, marbut bhal halliel u abbandunat mid-dixxipli tieghek,

 ikollok hniena minna O Mulej.  

Ghaziz Gesu' ikkundant ghall-mewt minn laqgha ingusta, mehud u mixli bhala bniedem hazin quddiem Pilatu, irridikulat quddiem Erodi

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu', imnezza' minn hwejgek u msawwat bla hniena marbut ma' colonna,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu, inkurunat bix-xewk, msawwat, u b'ghajnek imghammda, imlibbes b'mantar u mzeblah,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu',ikkundannat ingustament mill-laqgha tal-Kbarat tal-Lhud, mehud bhala bniedem xellerat, u mzeblah mill- hazin Erodi,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu', mnezza' minn hwejgek u b'mod l-aktar kiefer iflagellat,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu', inkurunat bix-xewk, imsawwat u b'ghajnejk imghammda, imlibbes bil-porpra u mzeblah,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu', imxebbah ma' l-infami Barabba, imwarrab minn gensek u ngustament ikkundannat ghall-mewt,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu', imghobbi bit-toqol tas-salib u mehud fil-post ta' l-esekuzzjoni bhall-haruf ghall-qatla,

 ikollok hniena minna O Mulej.  

Ghaziz Gesu', maghdud mal-hziena, mzeblah bid-dagha u misqi l-hall bl-imbid biex itaffulek l-ugigh,

 ikollok hniena minna O Mulej.  

Ghaziz Gesu' tieghi, mejjet fuq is-salib fil-presenza ta' ommok Marija, minfud bl-lanza f'gembek li minnu hareg demm u ilma,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu' tieghi, imnizzel u mqieghed fi hadan ommok addolorata,

 ikollok hniena minna, O Mulej.  

Ghaziz Gesu' tieghi, migruh f'gismek kollu u mmarkat b'hames pjagi, midluk bil-fwejjah biex jidfnuk u mqieghed f'qabar gdid, 

ikollok hniena minna, O Mulej.  

O Gesu' nroddlok hajr li tajt hajtek fuq salib minhabba dnubieti,

ikollok hniena minni O Mulej. Ammen.