il-gimgha mqaddsa

TALBA TAL-HNIENA DIVINA


 
 L-ewwel jingahdu    Missierna Sliema u Kredu.

Imbaghad tinghad din it-talba: Missier Etern, jiena noffrilek, il-Gisem, id-Demm, ir-Ruh u id-Divinita’ ta’ Ibnek il-Ghaziz, Sidna Gesu’ Kristu bi tpattija ghad-dnubiet taghna u ghal dawk tad-dinja kollha.

Fuq iz-zibeg ta’ l-Ave Marija ghandek tghid dawk il-kelmiet:
F’gieh il-Passjoni harxa tieghek, henn ghalina u ghad-dinja kollha   (ghal ghaxar darbiet).
 
 Wara il-hames posta tghid ghal tliet darbiet:
 Qaddis Alla, Qaddis Qawwi, Qaddis Immortali henn ghalina u ghad-dinja kollha.
 
  Talba ta’ l-gheluq.
O Gesu’ hanin ahna nemmnu Fik u nafdaw Fik. Ghinna ghaliex ahna dghajfa u bla hila. Aghtina li nwasslu lil-bnedmin kollha biex jagharfuk u jhobbuk. U jkollna fiducja fil-kobor bla qies ta’ Mhabbtek, inkunu nistghu niggieldu lill-hazen li hemm fina u fid-dinja kollha ghall-glorja Tieghek u ghas-salvazzjoni taghna. AMEN.
 
 (Din in-Novena ghandha tinghad fid-disat ijiem jigifieri mill-Gimgha l-Kbira sat-Tieni Hadd ta' l-Ghid. Tista tinghad kuljum ukoll.)  
 
IS-SIEGHA TA’ HNIENA KBIRA.
 
  Fil-jum tal-Gimgha fit-Tlieta ta’ wara nofs in-nhar.

 “Fit-tlieta itlob il-Hniena Tieghi, l-iktar ghall-midimbin.  Din is-siegha ta’ Hniena kbira ghad-dinja kollha....F’din is-siegha ma nichad xejn lir-ruh li titlobni ghall-merti tal-Passjoni Tieghi.”

 Nitolbu.
 “Meta Inti mitt, Gesu’ minnek tnisslet il-hajja ghall-umanita’ u nfetah bahar ta’ Hniena ghad-dinja kollha. O Ghajn tal-Hajja, Hniena Divina bla qies, imla d-dinja kollha u ferra’ Lilek innifsek fuqna.”

(Tista’ ssemmi l-grazzji li inti tixtieq)

 “O Demm u Ilma li hrigtu mill-Qalb ta’ Gesu’ bhala ghajn ta’ Hniena ghalina, jiena nafda Fik. Amen.” 
(Santa Fawstina)