il-gimgha mqaddsa

THE PASSION OF THE CHRIST

Il-ferghat ta' l-arti ma humiex biss il-pittura u l-iskultura izda ukoll ic-cinematografija .  Il-produttur, id-direttur, il-cameraman u kull min hu involut fil-gbid ta' film b'imaginazzjoni u hiliet ohra jkunu kapci biex joholqu sensiela ta' stampi jiccaqilqu biex iwasslu l-messagg tas-suggett li fuqu ghazlu biex jipproducu l-film.  Wiehed minn dawn is-suggetti li  interessaw tant nies tac-cinema kien il-hajja ta' Kristu li t-tmiem tieghu kienet il-passjoni, b'kull ahhar film prodott ikun ahjar minn ta' qablu, hekk li "The Passion of the Christ" halla impatt kbir fuq kull min mar jarah.


Mel Gibson li kiteb, ipproduca u tieghu kien direttur, jghid li dan il-film irid iwassal il-messagg ta' imhabba, fidi, tama u mahfra. Gesu' miet ghal umanita' kollha, sofra ghalina ilkoll.  Wasal iz-zmien li niehdu u naghmlu taghna dan il-messagg. Id-dinja harget minn triqtha. Jispjega ghaliex huwa gab fil-qrib hafna u mill-vicin  l-id ta' Gesu' tigi msammra mas-salib: " Kont jiena li poggejtu fuq is-salib. Kienu dnubieti li sallbu lil Kristu."


Il-film jittratta l-ahhar tnax-il siegha tat-tbatija ta' Kristu.  Il-materjal li fuqu hu bbazat il-film huwa mehud mill-erba' vangeli u xi riferenzi mill-Antik Testment. Mel gibson flimkien ma Benedict Fitzgerald qraw bost rakkonti ohra tal-Passjoni ta' Kristu ghal ispirazzjoni fosthom il-kitba tas-soru qaddisa germaniza Anne Catherine Emmerich li kitbet The Dolorous Passion of our Lord Jesus Christ . Sors iehor hija l-kitba ta' soru Spanjola li ghext fis-17 il-seklu li kitbet The Mystical City of God .


Gbart xi ritratti tal-film u ghamilthom collage biex wiehed waqt li jammira il-kapacita' ta' l-artist li irnexxilu johloq b'mod li jghaggeb, jidhol dahla fih innifsu u jistudja bis-serjeta l-messagg tal-fidwa.

1. Ma jidhirlekx li jekk trid relazzjoni mill-qrib ma' Alla, jehtiglek li titlob u titlob ta' spiss?


2. Lil Alla li hu s-Sid taghna, spiss nghidulu : "Tkun maghmulha r-rieda tieghek anke meta din ma tkunx toghogbni."


3. It-talb nehtiguh ghax ahna spiss nhabbtu wiccna mat-tentazzjonijiet.


4. La thallix l-affarijiet tad-dinja jbieghduk mit-talb.


5. Jekk inti temmen li l-Quddiesa u t-Tqarbina hija l-ikel tar-ruh tieghek ghaliex tillimita ruhek biss li tippartecipa ghal dan l-att l-aktar qaddis kull nhar ta' Hadd biss?

1. Tifhimha inti li kull darba li niksru l-ligi t'Alla nkunu qed nittradixxu lil Gesu? Ma tiftakarx li bhala nisrani weghedt lil Alla li ser tichad lix-xitan u lil opri tieghu kollha?

Nistghageb bik O Imghallem tieghi Gesu’. Tiltaqa’ ma’ Guda l-appostlu traditur tieghek li jersaq lejk u jitfa’ idejh madwar ghonqok, u jtik il-bewsa u Inti ma tiddisprezzahx anzi trossu ma' sidrek biex turih li ghadek thobbu, li tixtieqx tahtfu milli jinzel fl-abbissi ta’ l-infern. Imhabbtek hi hekk gentili li tixtieq thaddan kull qalb tal-bniedem ghalik, izda dawn ma jridux, dawn jirrifjutawk. O Gesu’ inti sofrejt it-tradiment biex tpatti ghat-tradimenti kollha li sarulek u ghad isirulek minn dawk li weghdu li jichdu lix-xitan u l-opri hziena tieghu, biex tpatti ghal dawk li juruk zewgt ucuh taht l-aspett tal-hbiberija u l-qdusija minn dawk li suppost huma tieghek u jhobbuk. Madanakollu ma tirrifjuta lil hadd li jigi ghandek sobghien u niedem.

Gesu' f'gieh dik l-umiljazzjoni li garrabt meta qlajt id-dqaqa ta' harta quddiem Kajfa nissel fina umiljazzjoni u ndiema tad-dnubiet li ghamilna ahna u ghad-dnubiet li haddiehor ghamel minhabba fina.