il-gimgha mqaddsa

VIA MATRIS

DAHLA:

ID-devozzjoni lejn l-Omm tad-Dulur hija qadima u antika daqs is-Salib. Mit-tron tas-salib, ir-redentur taghna Gesu’ Kristu iffoka l-attenzjoni fuq ommu. “Hekk hu ommok,” qal Gesu’.


Il-Via Sagra u l-Via Matris huma tant assocjati mill-qrib. Omm Gesu’ wieqfa fejn is-salib tigbed lil kulhadd lejha biex imbaghad hi tohodhom ghand Binha Gesu’. Iz-zewgt talbiet jiccentraw fuq l-istess suggett: it-tbatija. 


Il-Via Matris thares lejn is-Salib mill-lenti ta’ Omm. Simeoni habbar fit-tempju waqt il-prezentazzjoni fuq it-tarbija Gesu’ u witta’ it-triq diretta bibblika ghall-Via Matris, billi nkoraggixxa lil insara biex jahsbu u jahsbu fuq id-duluri ta’ Marija Ssma.


Il-Via Matris turi s-seba' duluri principali ta’ Marija u hija imwaqqfa f’hafna knejjes u kappelli sabiex l-insara jkunu jistghu jimmeditaw, ikunu ispirati, u mhegga waqt li jahsbu fuq il-qalb minfuda ta’ Marija.


Aktar ricenti fi zminjietna gewwa Fatima, meta s-Sinjura tablet biex il-bniedem jimmedita il-misteri tar-Ruzarju bhala wahda mit-talbiet taghha sabiex titnissel il-paci fid-dinja u l-konverzjoni tar-Russja, wahda mit-tfal, soru Lucija, illum mejta, wiegbet hekk: “ Hija haga hafifa! Min per ezempju ma jistax jahseb fuq it-tbatijiet tal-Mulej u d-Duluri tas-Sinjura li kienet magembu fuq il-Kalvarju? Min ma jistax jghaddi 15 il-minuta hdejn l-aktar gheziez ta’ l-ommijiet u jirrifletti fuq dawn il-hsibijiet?” 


Innota tajjeb. Soru Lucija, bhal Simeoni tkellmet fuq it-tbatijiet u d-duluri ta’ Marija Ssma bhala haga wahda, kollox jaghmel parti mill-Kalvarju. Bhal Via Crucis, l-istorja u l-origini tal-Via Matris tinsab midfuna fl-oskurita’ taz-zminijiet tan-nofs. Il-Frangiskani bdew id-devozzjoni lejn il-Via Crucis, u s-Servi ta’ Marija (Serviti) mwaqqfa bhal Frangiskani fis-seklu 13 xerrdu l-Via Matris fil-forma prezenti fost il-pubbliku. 


Ghalkemm id-devozzjoni lejn il-Via Matris kienet prattikata ghal sekli fil-knejjes Serviti ma kienx qabel is-sena 1937 meta n-Novena f’gieh id-Duluri ta’ Marija Ssma giet stabbilita u saret devozzjoni popolari hafna fost l-insara. 

VIA MATRIS

Sidtna Marija, fittex ghinna u ilqa' t-talb taghna.


Glorja lill Missier, lill-Iben u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu, issa u dejjem, jibqa' ghal dejjem ta' dejjem. Amen. 


Nikkunsidraw id-duluri ta' Sidtna Marija u nitolbha l-grazzja li nibku maghha dnubietna li nifdu l-Qalb Taghha b'tant niket u hemm.

IL-PREZENTAZZJONI TAL-MULEJ GESU'

1 Stazzjon: IL-PREZENTAZZJONI TA' GESU'


Inqimuk Marija u nberkuk. 


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.


Nikkunsidraw fl-Ewwel Stazzjon meta x-xwejjah Xmuni habbar lil Marija Santissima li l-Qalb taghHa kellu jinfidha sejf ta' duluri.


(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri)


NITOLBU


 Nitolbok Marija, ghal dan in-niket li hassejt ghal din l-ahbar, aqlaghlna l-grazzja li nilqghu bis-sabar in-niket li ibnek joghgbu jibghatilna, biex noghgbu biss Lilu.


Ammen

Sliema ghalik Marija ........

 

IL-HARBA LEJN L-EGITTU

2. Stazzjon: IL-HARBA LEJN L-EGITTU

Inqimuk Marija u nberkuk. Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.

Nikkunsidraw it-tieni Stazzjon meta Marija Santissima kellha tahrab ghall-Egittu biex tehles lil Binha Gesu' imfittex ghall-mewt minn Erodi.


(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri)


Nitolbuk Marija, ghan-niket li hasset Qalbek f'din il-harba, aqlaghlna l-grazzja li naharbu dak kollu li jaghti l-mewt lil ruhna bid-dnub il-mejjet.


Ammen

Sliema ghalik Marija ...............


3 STAZZJON: MARIJA U GUZEPPI JFITTXU LIL GESU'  

Inqimuk Marija u nberkuk.  


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.


Nikkunsidraw it-Tielet Stazzjon meta Marija Santissima tilfet lil Gesu' f'Gerusalemm u wara tlitt ijiem tfittxija sabitu fit-tempju jitkellem mad-dutturi.



Nitolbok Marija, f'gieh l-imrar li fawwar lil qalbek meta rajt li Gesu' ma kienx mieghek, aqlaghlna l-grazzja li jekk qatt b'xi htija taghna nitilfu lil Gesu', bil-hila kollha nfittxuh u ma nehdewx qabel insibuh u nghannquh mar-ruh taghna..


Sliema ghalik Marija ...............

4 STAZZJON: MARIJA TILTAQA' MA' BINHA GESU' FI TRIQTU LEJN IL-KALVARJU


Inqimuk Marija u nberkuk. 


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna. 


Nikkunsidraw ir-Raba' Stazzjon meta Marija Santissima marret wara Binha Gesu' tiela' l-Kalvarju mghobbi s-Salib ghal dnubietna. 


(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri)  

Nitolbuk Marija, ghan-niket li hasset Qalbek meta rajt ‘l Ibnek Gesu' mghobbi s-Salib, aqlaghlna l-grazzja li nimxu warajh bis-slaleb kollha taghna biex mieghu nifirhu fil-glorja tal-Genna.

Sliema ghalik Marija ...............

5 STAZZJON: MARIJA FUQ IL-KALVARJU

  

Inqimuk Marija u nberkuk. 


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt O
mm taghna.


(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri) 

Nikkunsidraw il-Hames Stazzjon meta Marija Santissima fuq il-Kalvarju rat lil Binha msallab bejn zewg hallelin u wara tlitt sighat agunija jmut.

Nitolbok Marija, ghall-bahar ta' duluri li fih kienet ir-ruh tieghek fuq il-quccata tal-Kalvarju, aqlaghlna l-grazzja li mmutu ghalina nfusna u ghad-dinja u naharbu l-frugha u l-bluhat taghha.

Sliema ghalik Marija ...............

6 Stazzjon: MARIJA TILQA' FI HDANHA LIL BINHA MEJJET.


 Inqimuk Marija u nberkuk. 


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Omm taghna.  

Nikkunsidraw is-Sitt Stazzjon meta lil Gesu' nizzluh mis-Salib u qeghduh fi hdan Ommu Marija.

 

(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri)

Nitolbok Marija, ghal dan id-dulur tal-Qalb tieghek meta rajt fil-gisem ta' l-Iben tieghek issehh il-profezija ta' Izaija li minn rasu sa riglejh kien ikollu pjaga wahda, aqlaghlna l-grazzja li nsaffu bl-indiema l-pjagi tar-ruh taghna biex nidhru quddiemu bla tebgha fil-jum tal-Haqq.


Sliema ghalik Marija ...............

7 Stazzjon: ID-DIFNA TA' GESU'


 Inqimuk Marija u nberkuk. 


Ghax bid-duluri Tieghek int sirt Ommna taghna.

Nikkunsidraw is-Seba' Stazzjon meta lil Gesu' haduh mill-hdan t'Ommu Marija u difnuh f'qabar gdid.


(ftit mumenti ta' silenzju biex wiehed jahseb fuq dan id-duluri)  


Nitolbok Marija, ghad-dulur li hassejt f'Qalbek meta rajt ‘l Ibnek midfun u kellek minnu titbieghed , aqlaghlna l-grazzja li meta l-ghadu jittantana biex igarrafna, ingibu quddiem ghajnejna ‘l Ibnek mejjet u midfun ghal dnubietna sabiex nohorgu rebbehin u nipperseveraw sal-mewt fil-grazzja ta' Ibnek Gesu'.


Sliema ghalik Marija ...............

Nitolbu:

O Alla, li fil-Passjoni Tieghek il-Qalb Helwa tal-Vergni glorjuza Ommok kienet minfuda minn sejf ta' niket, aghmel fil-hniena Tieghek li ahna li qeghdin infakkru u nqimu n-niket taghha, naqilghu l-frott tal-Passjoni Tieghek, Int li tghix u ssaltan ghal dejjem ta' dejjem. Amen. 


Missierna, Sliema u Glorja skond il-fehma tal-Papa.


Salve Regina lil Marija Santissima f'gieh is-seba' duluri ta' Marija Ssma