il-gimgha mqaddsa

Your content goes here...

Testijiet xjentifiċi juru li d-demm ta’ Kristu kien tal-Grupp AB

.    


 

  

Id-duttrina kattolika dejjem għallmet li waqt il-quddiesa, fil-ħin tal-Konsagrazzjoni, Kristu jkun preżenti fuq l-artal taħt il-forma tal-ħobż u l-inbid. Matul is-snin kien hemm numru ta’ rapporti fejn l-ostja konsagrata litteralment inbidlet f’Gisem u Demm. Eżamijiet xjentifiċi f’dawn il-każi ikkonfermaw kollha li t-tip tad-demm ta’ Kristu kien tal-Grupp AB.

Wieħed minn dawn il-mirakli kien seħħ f’Lanciano fis-Seklu 8 meta qassis beda jiddubita  mill-vera preżenza ta’ Kristu fl-Ewkaristija, ra l-ostja u l-inbid jinbidlu f’laħam uman u demm waqt li qal il-kliem tal-Konsagrazzjoni.

Wara 1200 sena l-laħam ma spiċċax dekompost u għadu preservat fil-Knisja ta’ San Franġisk f’din il-belt Taljana ta’ Lanciano.  Professur tal-anatomija, Edoardo Lioli, fl-1971 għamel analiżi xjentifika u kkonkluda li l-laħam kien tessut uman bil-grupp tad-demm AB li kien għadu frisk għalkemm ma kellu ebda traċċa ta’ preservanti.

Fl-1996, fi Buenos Aires mara resqet fuq saċerdot fil-knisja u qaltlu li fuq in-naha ta’ wara tal-knisja, sabet ostja desagrata.  Meta s-saċerdot poġġa l-ostja f’tazza bl-ilma biex tinħall, kif titlob il-liġi tal-Knisja,  din inbidlet f’laħam u demm. Tliet snin wara, l-Isqof Jorge Bergoglio – illum Papa Franġisku -  bagħat kampjun ta’ dak id-demm u l-laħam għal testijiet f’California u rriżulta li d-demm kien demm uman tal-Grupp AB.

Kampjun ieħor mill-istess tessut intbagħat fl-Universita’ ta’ California għand kardjologu rinomat li sab li t-tessut kien biċċa minn muskolu tal-qalb ta’ xi ħadd li kien qala’ xebgħa kbira fuq sidru.  Kemm dan il-kampjun kif ukoll dak ta’ Lanciano instab li kellhom l-istess DNA.

Testijiet li saru f’nofs is-snin 90 fuq dak li hu magħruf bħala il-Korporal ta’ Bolsena (tas-Seklu 13) ukoll stabbilew it-traċċi tad-demm fuq dan il-maktur sagru kienu tal-Grupp AB l-istess bħal dawk li nstabu fuq il-Liżar ta’ Kristu miżmum f’Turin.